Mara ta madwar 80 sena tilfet ħajjitha wara li ttajret minn karozza fi Triq Giovanni Barbara, viċin pjazza 7 ta’ Ġunju fil-Ħamrun.
L-incident sehh nhar 1 tas-sena għall-ħabta tal-5.30 ta filgħaxija.

Fuq il-post tal-inċident issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassisti lill-vittma residenti l-Ħamrun stess.

Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima ħatret inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.