Save Your Tears ta The Weeknd kienet l-aktar kanzunetta li għamlet suċċess fil-klassifika tar-Renju Unit fis-sena 2021.

Dan ħareġ waqt il-maratona mużikali f’jum l-ewwel tas-sena fuq Radio 105 fejn Manuel Chircop ppreżenta l-aktar 100 kanzunetta li kisbu suċċess fil-klassifika Ingliza.

Manuel Chircop irrakkonta li tul is-sena 2021 kien hemm 306 kanzunetta differenti li irnexxielhom jidħlu fl-aqwa 40 fil-klassifika Ingliża bl-aqwa 10 kienu kif ġej.

1 . Weeknd – Save Your Tears
2 . Ed Sheeran – Bad Habits
3 . Glass Animals – Heat Waves
4 . Lil Nas X – Montero (Call Me By Your Name)
5 . Olivia Rodrigo – Good 4 U
6 . Kid Laroi & Justin Bieber – Stay
7 . Riton/Nightcrawlers/Mufasa – Friday
8 . Tiesto – The Business
9 . Nathan Evans/220Kid/Billen Ted – Wellerman
10 . Elton John & Dua Lipa – Cold Heart