Lukanda f’wiċċ l-ilma pjanata tiftaħ f’Dubaj, fejn il-villel lussużi jistgħu jinbidlu f’dgħajjes.

Il-Kempinski Floating Palace se jinkludi wkoll 156 kamra fi ħdan il-lukanda prinċipali, kif ukoll helipad, ristoranti, bars, pixxini u spa. Il-mistednin se jittieħdu l-lukanda bi speed boat, bil-ħelikopter u l-parkeġġ tal-jottijiet ukoll. Stampi juru rooftop lussuż b’saqaf tal-ħġieġ enormi, flimkien ma’ pools privati u żewġ rooftop pools kbar.

It-12-il suite fuq l-ilma, li se jkollhom pixxini infiniti, se jvarjaw minn kamra waħda sa erba’ kmamar tas-sodda. Il-suites se jkunu jistgħu jiċċaqilqu madwar l-ilma bil-muturi mwaħħla magħhom.