Waqt laqgħa virtwali tal-Bord tal-Eżekuttiv tal-MFA, ittieħdet id-deċiżjoni li l-kampjonati nazzjonali f’kull livell jiġu posposti b’ġimgħatejn, ir-ritorn ser ikun fit-22 u fit-23 ta’ Jannar. Wara li ma kien hemm l-ebda ftehim bejn il-clubs u l-amministrazzjoni tal-MFA dwar jekk il-kampjonati jitkomplewx jew le, kellhu jittieħed vot fost il-membri. 13 jivvutaw favur il-posponiment u 9 kontra.