Total ta’ 125 passiġġier li waslu fil-belt ta’ Amritsar fit-Tramuntana tal-Indja fuq titjira mill-Italja rriżultaw pożittivi għall Covid-19.
Uffiċjali tas-saħħa qalu li dawk pożittivi għall-virus tqiegħdu f’iżolament.

Huma kienu fost 179 passiġġier fuq it-titjira minn Milan li niżlet Amritsar l-Erbgħa wara nofsinhar.

L-Indja rrappurtat aktar minn 90,000 każ nhar il-Ħamis, żieda ta ‘kważi sitt darbiet matul il-ġimgħa li għaddiet li l-esperti jgħidu hija mħaddma mill-varjant Omicron.
Il-pajjiż irreġistra 325 mewt fl-24 siegħa iżda waħda biss ġiet marbuta ma ‘Omicron, qalu l-uffiċjali.

Rapporti qalu li t-tfal u t-trabi li jivvjaġġaw fuq l-ajruplan kienu eżenti mill-ittestjar għall-Covid-19. Mill-160 passiġġier ittestjati, 125 instabu li kienu pożittivi għall-virus.