L-istilla tal-mużika pop u R&B Jason Derulo kien involut fi ġlied ma’ żewġ persuni kmieni t-Tlieta filgħodu f’resort ġewwa Las Vegas.

Il-pulizija ta’ Las Vegas qalet fi stqarrija li kien irrapportat ġlied wara s-2 a.m. f’night club fil-resort Aria u li Derulo “ikkommetta ġlieda kontra żewġ individwi.” L-ebda ġrieħi ma ġew irrapportati mill-pulizija, waqt li ma saru l-ebda arresti.