L-ewwel ħsieb tal-fotografu Jalil Najafov meta ra marka ta gidma fuq ‘Great White Shark’: “Dan huwa reali?”

Kien Awwissu 2019 meta Najafov, dilettant tal-klieb il-baħar u produttur tal-films, kien qed jesplora l-kosta tal-Messiku ma ‘xi ħbieb. Il-grupp lemaħ kelb il-baħar jgħum qrib id-dgħajsa tagħhom.

Dan kien diġà eċċitanti. Imbagħad il-grupp induna li l-kelb il-baħar kellu marka tal-gidma misterjuża fuq in-naħa tal-ġenb tiegħu.
“Kont verament sorpriż peress li qatt ma rajt xi ħaġa bħal din f’ħajti,” Najafov jgħid lil CNN Travel Today. “Il-marka tal-gidma kienet daqshekk enormi fuq kelb il-baħar enormi.”

Il-produttur tal-films imwieled fl-Ażerbajġan niżel fil-baħar armat bil-kamera GoPro7 tiegħu biex jiehu ritratti aħjar tal-gidma.

Huwa xerred wieħed mir-ritratti fuq il-kont Instagram tiegħu għall-ewwel darba lejn l-aħħar ta’ Diċembru 2021.