Nicolas Cage u l-ħames mara tiegħu Riko Shibata żvelaw li qed jistennew tarbija.

Dan ser ikun it-tielet wild tal-istilla ta’ Hollywood wara li minn relazzjonijiet preċedenti huwa għandu żewġt ulied oħra Ka-El Coppola ta’ 16-il sena u Weston Coppola ta’ 31 sena.

Nicolas li għandu 57 sena, iżżewweġ lir-Riko fis-16 ta’ Frar, 2021 fi’tieġ żgħir ħafna u intimu fil-Wynn Hotel f’Las Vegas.

Id-data ntgħażlet peress li kienet għeluq sninu missieru, August Coppola.

Il-mara ta Nicolas, Riko għad għanda biss 27 sena, erba’ snin iżgħar mill-iben il-kbir ta’ Nicolas.