www.radio105.mt huwa proġett ġdid li ġie mniedi minn Radio 105 illum wara nofsinhar.

F’din il-website li hija waħda min bosta proġetti pjanati min Radio 105 għal din is-sena, ser tkunu tistgħu issegwu diversi artikli interessanti, issegwu wkoll Radio 105 Live u on-demand flimkien ma diversi filmati esklussivi.

Meta kien qed jinawgura dan il-proġett l-istation manager ta’ Radio 105 sostna li z-żminijiet qed jinbidlu u huwa mportanti li bħala stazzjon ikompli jaġġorna ruħu u jiftaħ aktar is-servizzi tiegħu.

Mistoqsi dwar x’inhuma il-proġetti pjanati, Manuel Chircop kompla billi qal: apparti radio105.mt, fil-ġimghat li ġejjin ser inkunu qed iniedu stazzjon ġdid dedikat għal mużika tas-snin 90 u għadd ta programmi radjuvizivi li permezz tagħhom ser inkunu qed imorru lil hinn min dak li huwa radju tradizzjonali.

Huwa żid billi irringrazzja lil kull min kien ta għajnuna f’dan il-proġett b’mod speċjali lil Keith Carl u lid-dirigenza ta Daniels Mall li jissaportjaw dak kollhu li għandu x’jaqsam ma Radio 105.