L-artista lokali Lyndsay Pace tkompli l-katina ta’ suċċessi mużikali permezz tas-single il-ġdida li għadha kif ħarġet, bl-isem ta’ ‘I Breathe For You’. Akkumpanjata b’filmat mill-aqwa, din is-single hija mill-album il-ġdid li qed nistennew minn din il-kantanta bl-isem ta’ ‘Dopamine’, fis-sajf li ġej.

‘I Breathe For You’ hija kanzunetta sentimentali ħafna fejn, fi kliem Lyndsay stess, tħoss li dan huwa l-iktar stil prinċipali tagħha.

Lyndsay hija ukoll waħda mis-semi-finalisti fil-festival ‘Mużika Mużika’ li ser isir f’Marzu li ġej.