Frisk minn sensiela ta’ suċċessi, b’singles bhal ‘Blinding Lights’ u ‘Save Your Tears’, il-kantant The Weeknd jiftah din is-sena b’album gdid, bl-isem ‘Dawn FM’. Kollaborazzjonijiet ma’ diversi producers ta’ fama, fosthom Max Martin u Quincy Jones. Hemm ukoll il-kollaborazzjoni ma’ l-attur famuz Jim Carrey. Interessanti l-qoxra ta’ dan l-album, b’ritratt tal-kantant The Weeknd jidher f’eta avvanzata.