Qatt immaginajt li permezz ta’ application fuq il-mobile tista’ tbiddel il-kulur tal-karozza tiegħek?

Dan sar possibli mill-kumpanija Ġermaniża BMW hekk kif ntroduċiet l-ewwel karozza fid-dinja li tbiddel il-kulur, bejn griz u abjad.

Apparti din il-mobile app, qed isir investiment biex fil-futur dan kollhu ikun jista’ jsir ukoll permezz ta’ buttuna fuq id-dashboard jew inkella permezz ta’ moviment manwali.