Kultant l-affarijiet jiġu bla ħsieb filwaqt li oħrajn trid taħdem għalihom. Numru ta’ kantanti b’fama internazzjonali raw il-bidu tal-karriera tagħhom f’kompetizzjonijiet tal-kant.

Fl-età ta’ għoxrin sena, Kelly Clarkson rebħet l-American Idol 2002, filwaqt li Leona Lewis rebħet l-X Factor UK fl-2006 u l-ewwel suċċess mużikali kisbitu permezz ta’ cover version ta’ Kelly Clarkson, bis-silta ‘A Moment Like This’.

Bdiet il-karriera tagħhom ukoll grazzi għal dawn il-kompetizzjonijiet, il-gruppi Fifth Harmony, li minnhom għaddejja b’suċċessi bħala solista Camila Cabelo, kif ukoll Little Mix. Il-grupp mill-aqwa accapella Pentatonix jafu l-bidu tagħhom grazzi għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni NBC’s The Sing Off.