Li taħdem bħala wejter hija xi haġa normali u dan jgħodd ukoll għal diversi ċelebritajiet, li filfatt bdew jimlew il-but tagħhom minn dan l-impjieg oriġinarjament.

Dawn jinkludu, fost oħrajn, lill-attriċi Jennifer Aniston (popolari fis-serje ‘Friends’), l-attur Russell Crowe, il-kantanta Nicki Minaj, l-attriċi Sandra Bullock, kif ukoll Mariah Carey u Madonna.

Il-kantanta u attriċi Lady Gaga tgħid li grazzi għax-xogħol tagħha bħala waitress, hi irnexxila tixtri l-ewwel basket tad-ditta Gucci.