Ristorant fil-Kapitali Ingliża Londra li jservi ras ta’ papra mimlija għal £18 irċieva reazzjoni imħallta wara li xerred ritratt fuq l-internet.

Westerns Laundry, f’Highbury East, iddeskriva lilhu nnifsu fuq Instagram bħala “ristorant tal-frott tal-baħar.”

Din il-ġimgħa poġġew stampa ta’ ras ta’ papra mimlija fuq platt bit-titlu: “Għonq tal-papra mimli”

Xi segwaċi dehru li għoġobhom id-dehra tad-dixx, Iżda ħafna dawk li kitbu kummenti negattivi u li l-ideja ma niżlitilhom xejn tajjeb.
X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar dan il-platt?