Esperti Britanniċi qed iwissu li dawk in-nisa avventuruzi m’għandhom qatt jesperimentaw billi jpoġġu affarijiet strambi fil-parti tagħhom.

L-esperta fis-saħħa intima Stephanie Taylor sostniet li ilma fietel huwa biżżejjed biex titnaddaf il-vaġina u wissiet li sapun u il-body wash jista’ jikkawżaw mard.

Ir-rapport ikompli billi jgħid li meraq tal-lumi, ġugarelli tas-sess mhux nodfa, xfafar u affarijiet bil-ponta, frott u affarijiet ta l-ikel, u sahansittra anke il-vażellina jkunu qed jikkawża ħsara lil mara meta tesperimenta bihom b’mod intimu.