Inti tħobb l-indafa?? Serraħ moħħok li mintix waħdek jekk inti wieħed minn dawk li, fir-realtà, iffissat fuq l-indafa. Numru ta’ kantanti jammettu dan ukoll.

Fost dawn insemmu lil Harry Styles, li saħansitra kien jitlob lil sħabu ta’ One Direction biex jinżaw iż-żraben qabel jitilgħu fit-tour bus. Britney Spears tinħasel mill-inqas darbtejn kuljum u tagħmel ħafna mit-tindif tad-dar hi stess.

Il-kantanta Christina Aguilera ħalliet influwenza fuq it-tifel tagħha stess rigward l-indafa. Dan għaliex waħda mill-ewwel kliem li kien tgħallem jgħid kienet ‘vacuum’. Madonna tgħid li għandha OCD għall-indafa u meta dehret bil-vacuum cleaner fuq il-midja, l-istess ditta ta’ vacuum cleaner spiċċat ‘sold-out’ f’ħin qasir.