Dawn huma żewġt tabelli ta’ ismijiet tat-toroq li huma mwaħħla madwar żewġt metri l-bogħod min xulxin, f’żewġt toroq differenti u f’żewġt lokalitajiet differenti.

F’dawn iż–żewġt tabelli li minkejja mwaħħla ma l-istess ħajt, waħda qeda l-Ħamrun u l-oħra l-Marsa, jispikka il-mod kif inhuma miktuba l-ismijiet. Waħda Triq Ħal-Qormi u l-oħra Trieq il-Marsa.

Liema minnhom hi tajba? Triq jew Trieq? Jista jkun li t-tnejn li huma? U jekk hemm waħda minnhom miktuba ħażina kif qatt ma ġiet mibdula?
Nħallu f’idejn l-esperti tal-lingwa Maltija biex ituna risposta.