Il-Pulizija f’Los Angeles, Kalifornja, ġibdet lill-bdot fil-hin minn Ajruplan li iġġarraf u mal-mument ta l-inzul intlaqat minn ferrovija.

Filmat drammatiku juri diversi uffiċjali jeħilsu lir-raġel mill-ajruplan li waqa’ ftit wara t-tluq fil-viċinanzi ta’ Pacoima. L-uffiċjali u l-bdot kienu biss ftit passi ‘l bogħod mill-binarji meta l-ferrovija li laqtet u qerdet l-ajruplan.

“L-ajruplan kellu problemi u niżel fuq il-binarji tal-ferrovija f’intersezzjoni popolari,” qal Luis Jimenez, il-kompożitur tal-mużika ta’ 21 sena li ffilmja l-filmat. “Sekondi biss qabel l-impatt, uffiċjali tal-pulizija salvaw il-pilota, u biċċa debris kważi laqatni.”