Li żżomm id-distanza soċjali hija tajjeb imma li tispiċċa taqfel lil ibnek stess fil-bagoll tal-karozza għax tissuspetta li għandu l-covid hija ftit esaġerat. Iżda hekk għamlet omm Amerikana sakemm ħadet lil binha jagħmel test tal-covid wara li beżgħet li jista’ jinfetta lilha.

Sara Beam, ta’ 41 sena ġiet arrestata fuq dan l-aġir wara li raġel sema lit-tifel ta’ tlettax-il sena jilmenta mill-bagoll. L-akkuża hija dik li poġġiet ħajjet it-tifel tagħha fil-periklu.