Jeżistu ħafna xniegħat li l-kantant The Weeknd, ta 31 sena, qiegħed joħroġ mal-attriċi popolari Angelina Jolie, li għandha 46 sena. Għalkemm huma uffiċjalment qatt ma ikkonfermaw dan, is-sena li għaddiet, huwa dehru ħafna drabi flimkien, bl-ewwel darba tkun ikla f’Ġunju.

Il-fans tal-kantant The Weeknd jemmnu li anke l-lirika f’waħda mid-diski fl-album il-ġdid ‘Dawn FM’ jirreferu għal Jolie. Fis-silta ‘Here We Go…Again’, The Weeknd jagħmel riferenza għal relazzjoni ma’ stilla tal-films.