Brahmdeo Mandal, raġel Indjan ta’ 65 sena, qed jiġi investigat wara li l-awtoritajiet tas-saħħa ikkonfermaw li ħa t-tilqima tal-Covid-19 għal 8 darbiet, għalkemm min-naħa tiegħu, hu qed jgħid li ħa t-tilqima 11-il darba s’issa. Dan għamel hekk billli mar f’4 ċentri differenti, minn total ta’ 90,000 ċentru li hemm ġewwa l-Indja.

Għal xi raġuni, it-tilqim ma ġiex irreġistrat fis-sistema ċentrali u b’hekk tkompli tikber l-investigazzjoni.

Skond Mandal, it-tilqim m’għamillu l-ebda ħsara, anzi naqqaslu l-uġigħ li kellhu, fosthom f’irkupptejh.