Raġel Amerikan sar l-ewwel persuna fid-dinja li ħa trapjant tal-qalb minn ħanżir modifikat ġenetikament.

David Bennett li għandu 57 sena, jinsab f’kundizzjoni tajba tlett ijiem wara l-proċedura sperimentali ta’ seba’ sigħat f’Baltimore, sostnew it-tobba tiegħu.
It-trapjant kien meqjus bħala l-aħħar tama li ssalva l-ħajja tas-Sur Bennett, għalkemm għadu mhux ċar x’inhuma ċ-ċansijiet tiegħu ta’ sopravivenza fit-tul.

Immut jew nagħmel dan it-trapjant” spjega s-Sur Bennett ġurnata qabel l-operazzjoni.

Naf li huwa sparatura fid-dlam, iżda hija l-aħħar għażla tiegħi,” kompla jgħid il-pazjent.

It-tobba fiċ-Ċentru Mediku tal-Università ta ‘Maryland ingħataw dispensa speċjali mir-regolatur mediku tal-Istati Uniti biex iwettqu l-proċedura, fuq il-bażi li s-Sur Bennett kien ser imut li kieku ma sarx dan it-trapjant.