Fil-Golden Globes, fil-kategorija ta’ l-aqwa attriċi ta’ drama teviżiva kien hemm jikkompetu Jennifer Aniston, Elizabeth Moss, Christine Baranski, Uzo Aduba u r-rebbieħa Michaela Jae Rodriguez. Hija filfatt l-ewwel attriċi trans li rebħet dan il-premju, grazzi għall-interpretazzjoni tagħha fi-serje ‘Pose’.

Is-sensiela ‘Pose’ hija ambjentata fi New York lejn l-ahhar tas-snin 80 u l-bidu tas-snin 90. L-istorja titratta fuq il-komunità LGBTIQ, l-aids u l-kapitaliżmu.