Min jaf kemm il-darba għaddejna l-ħin nilgħabu din il-logħba famuża ‘Pac-Man’. Għandek idea kemm ila teżisti dil-logħba?

Taf il-bidu tagħha fit-22 ta’ Mejju, 1980, grazzi għall-kumpanija Bandai Namco Entertainment, bl-aktar verżjoni riċenti maħruġa riċentement, fis-6 ta’ Diċembru, 2021.

Il-logħba ‘Pac-Man’ hija l-iktar logħba li ilha għaddejja għal tul ta’ żmien u s’issa inxtraw il-fuq minn 48 miljun kopja madwar id-dinja.