Hekk kif ħafna ammiraturi tal-eurovision issa ikunu qed isegwu l-għażla ta’ kull pajjiż li jkunu ser jibgħatu biex tirrappreżenthom ġewwa Turin, l-Italja, f’Mejju li ġej, din filfatt ser tkun is-66 edizzjoni. Kollox pjanat li jsir fl-10, 12 u 14 ta’ mejju ta’ dis-sena. It-taljani ser jieħdu ħsieb li jtellaw dan il-festival għat-tielet darba, wara li għamlu dan fl-1965 u l-1991. Dan kollhu grazzi għall-grupp Maneskin li rebħu l-festival tas-sena l-oħra bis-silta ‘Zitti E Buoni’.

Mistennija jieħdu sehem 41 pajjiż, inkluż Malta. Ser naraw ir-ritorn tal-Armenia u l-Montenegro. Min ser jirrappreżenta lil Malta dis-sena? Nistennew u naraw fid-19 ta’ Frar.