Il-Madonna ta’ l-Għar li tinsab fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa sfat vittma ta serqa.

Persuna jew persuni serqu l-kaxxa tal-flus ta’ quddiem l-istatwa tal-Madonna popolari ma dawk li ta kuljum jgħaddu min quddiema.

L-aħabar ingħatat permezz ta’ post fuq Facebook fejn ġie spjegat ukoll li l-għaqdiet li kienu jibbenefikaw minn dawn il-flus mhux se jkunu jistgħu jibqgħu jagħmlu dan.