Raġel qed jgħid li l-parti intima tiegħu ċkienet b’pulzier u nofs wara li kien pożittiv għall-Covid, u t-tobba jgħidu li ma jistax jiġi lura għal li kien.

L- uroloġisti jgħidu li “Covid d*ck” huwa fenomenu reali, li biħ il-pene jista’ jnaqqas fid-daqs minħabba ħsara lill-vini tad-demm.

Pereżempju, studju li sar 3,400 persuna mmexxi mill-University College London sab li minn 200 sintomi ta’ Covid irrappurtati, pene iżgħar kien wieħed mill-aktar rari.

Meta kien qed jagħti intervista ir-raġel in-kwistjoni qal “Meta ħriġt mill-isptar, kelli xi problemi ta’ disfunzjoni erettili, dawn gradwalment marru għall-aħjar b’xi attenzjoni medika. Pero, il-parti tiegħi ċkienet u t-tobba tiegħi qaluli li x’aktarx din il-problema hija permanenti”