Rapporti fil-midja lokali u dik Internazzjonali qed jgħidu li c-Champions tal-football Lokali Ħamrun Spartans, mistennija jakkwistaw lil eks Internazzjonali Franċiż Jérémy Ménez mingħand il-club tas-Serie B Taljan Reggina 1914.

L-akkwist mistenni jkun b’self sa tmiem l-istaġun u t-trasferiment mistenni jinkludi wkoll lill-Internazzjonali Malti Matthew Guillaumier li mistenni jingħaqad b’self mat-team Taljan sa tmiem l-istaġun.

Tul il-karriera brillanti tiegħu, Ménez kellhu esperjenzi ma bosta clubs kbar fosthom Paris Saint-Germain, AC Milan u AS Roma