Minn studju li sar, is-sena 2021 ser tibqa tissemma għall-ogħla temperaturi li ġew irreġistrati s’issa fl-istorja ta’ l-oċeani u l-ibħra. Dan ħareġ minn studju li sar minn 23 riċerkatur.

Il-Baħar Mediterran jitqies bħala l-aktar baħar li jisħon malajr. Ġie iddiskrevit li l-baħar saħan daqs li kieku splodew seba’ bombi atomiċi kull sekonda.

Sfortunatament, il-livell ta’ l-ilma qed ikompli jogħla, li jista’ ikollu konsegwenzi koroh kemm għall-organiżmi tal-Baħar, kif ukoll għal ċertu gżejjer remoti. Jekk il-baħar ikompli jisħon b’dan il-mod, jista’ jfisser ukoll iktar maltempati qalila.