Fost it-tmien finalisti, sezzjoni żagħżagħ, tal-20 edizzjoni tal-UK Songwriting Contest, insibu lill-kantawtrici Maltija Emma Cutajar. Emma kienet ukoll parteċipanta fl-ewwel edizzjoni tal-Malta’s Got Talent.

Il-UK Songwriting Contest hija kompetizzjoni li ilha ssir mill-2002, b’assoċjazzjoni ma’ diversi għaqdiet u producers rinomati fix-xena mużikali Ingliża. F’din il-kompetizzjoni kittieba ta’ kanzunetti ġodda jikkompetu ma’ oħrajn bħala tnedija għal talent ġdid fil-kitba tad-diski.

Awguri lil Emma għall-iktar suċċessi, mhux biss f’din il-kompetizzjoni, iżda ukoll fix-xena mużikali.