Ix-xogħol fuq ġnien li qed jinbena fi pjazza 7 ta’ Ġunju fil-Ħamrun miexi b’ritmu mgħaġġel.

Il-Pjazza li kienet isservi ta’ parkeġġ għall-karozzi qed tinbidel fi ġnien b’investiment ta’ miljun u nofs ewro mill-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali.

L-ammont ta’ parkeġġ għar-residenti ser jinżamm taħt il-ġnien li ser ikun qed iħaddar iż–żona waqt li ser jkun qed joffri spazju miftuħ għall- familji.