Bħal llum 13 il-sena seħħet dik li hi deskritta mill-Bord Nazzjonali tas-Sigurtà tat-Trasport bħala “l-aktar emerġenza ta ‘suċċess fl-istorja tal-avjazzjoni”, it-Titjira 1549 tal-US Airways kienet sfurzata tagħmel inżul eċċezzjonalment drammatiku fl-ilma fix-Xmara Hudson fi New York wara li laqtet qatgħa ta’ wiżż wara t-tluq.

Il-pilota Chesley Sullenberger kien imfaħħar ħafna għall-azzjonijiet tiegħu meta niżżel l-ajruplan fix-xmara bil-konsegwenza li kull min kien abort baqa’ ħaj.

Ir-rakkont drammatiku tal-inżul intwera fil-film “Sully”, li kellu Tom Hanks fir-rwol prinċipali.