Inħarġu twissijiet ta’ tsunami f’diversi pajjiżi fosthom Tonga, Fiġi, u New Zealand, wara eruzzjoni ta’ vulkan ġgant taħt l-ilma.

Filmati tal-midja soċjali minn Tonga wrew mewġ jaħslu minn knisja u diversi djar. Ix-xhieda qalu li l-irmied qed jaqa’ fuq il-kapitali, Nuku’alofa.

Ir-residenti hemmhekk ġew imħeġġa biex imorru f’art ogħla.

Din hija l-aħħar f’sensiela ta’ eruzzjonijiet tal-vulkan Hunga Tonga-Hunga Haʻapai.

L-eruzzjoni ta’ tmien minuti tant kienet vjolenti li setgħet tinstema’ bħala “ħsejjes ta’ ragħad qawwi” fil-Fiġi, aktar minn 800km bogħod, qalu uffiċjali fil-kapitali Suva.