Celine Dion ikkanċellat it-Tour Dinji Courage u kull attività għas-sena 2022. Il-kantanta qasmet l-aħbar sfortunata mas-segwaċi tagħha nhar is-Sibt, u qalet li se jkollha bżonn tqatta aktar zmien tirkupra min-problemi ta’ saħħa.

Kont verament nittama li nkun tajba biex inkompli it-tour, imma għandi nkun aktar paċenzjuża u nsegwi l-kors li qed jippreskrivu t-tobba tiegħi,” qalet Dion fi stqarrija. “għandi ħafna pjanijiet għall-futur u nittama li saħti terga tiġi lura għan-normal u kif tgħaddi l-pandemija nerġa’ nkun fuq il-palk” kompliet il-kantanta Kanadiża