Rafa Benitez tkeċċa minn Everton wara biss 19-il logħba tal-Premier League fit-tmexxija.

Il-bord tat-Toffees sejjaħ laqgħa ta’ emerġenza lbieraħ filgħaxija wara t-telfa diżastruża tagħhom ta’ 2-1 kontra Norwich.

Huma ddeċidew li jkeċċu l-eks kap ta’ Liverpool, hekk kif partitarji rrabjati talbu li biex ma jibqax fit-tmexxija wara wirjiet xokkanti.
Ir-riżultat f’Carrow Road ħalla lil Everton sitt punti biss il-bogħod miż-żona l-ħamra.

L-Ispanjol inħatar maniġer lejn l-aħħar ta’ Ġunju, u dam ftit aktar minn sitt xhur fil-kariga.

The Toffees qalu fi stqarrija: “Everton Football Club jista’ jikkonferma t-tluq ta’ Rafael Benitez bħala manager.