Wara waqfa pjuttost twila, illum jirritorna l-kampjonat Premier f’pajjiżna b’żewġt partiti.

Ir-rivali eterni Floriana u Valletta ser ikunu qed jaspiraw li jieħdu xiħaġa min din il-partita biex ma jinqatgħux mit-tiġrija għar-rebħ tal-kampjonat.

Fil-logħba l-oħra, Iċ–Champions Ħamrun Spartans qed jittamaw li jkomplu fejn ħallew fl-aħħar partiti tagħhom u rebħa illum kontra it-team li jinsab it-tieni mill-aħħar Mosta, tkompli żżid it-tama’ li jistgħu jerġgħu jirrepetu is-suċċess tas-sena l-oħra.