Fis-sena 2022 ser inkunu qed nistennew iktar albums ġodda minn diversi artisti.

Għalkemm huwa solist, iżda baqa’ juża l-isem tal-grupp Years & Years, Olly jgħatina l-album il-ġdid ‘Night Call’. Avril Lavigne tirritorna bl-album ‘Love Sux’, kif ukoll Bastille jagħtuna album ġdid ‘Give Me The Future’.

Mistenni żgur huwa l-album il-ġdid ta’ Bryan Adams, li huwa il-ħmistax il-wiegħed tiegħu. Artisti oħra li qed nistennew iktar materjal ġdid mingħandhom f’din is-sena huma Beyonce, BTS, Camila Cabello, Dua Lipa, George Ezra, Harry Styles, kif ukoll Madonna, Rihanna u Robbie Williams.