Qed jissejjaħ Djamant Aljen u jiswa kważi €6 miljun ser jiġi rkantat f’Londra x-xahar id-dieħel,

Id-Djamant beda tour f’Dubaj qabel l-irkant li se jsir minn Sotherby’s fi Frar.

Sotheby’s issejjaħ lid-djamant iswed ta’ 555.55 karat – maħsub li ġej mill-ispazju – “L-Enigma.” Il-ġawhra rari ġiet murija nhar it-Tnejn lill-ġurnalisti bħala parti minn tour f’Dubaj u Los Angeles qabel ma titlaq lejn il-kapitali Ingliża Londra.