Iċ-Champions Ħamrun Spartans irreġistraw ir-raba’ rebħa konsekuttiva wara li għelbu lil-Mosta 2 – 1.

Fil-Partita li ntlagħbet fi-Tony Bezzina Stadium, ic-champions kellhom jitħabbtu biex għelbu lit-team li jinsab it-tieni mill-aħħar.

Fil-Partita l-oħra, Floriana komplew jikkonvinċu b’rebħa ta’ 2 – 0 fuq ir-rivali eterni Valletta.

Kienu Valletta li fetħu tajjeb, però goal kull taqsima kienu biżżejjed għal greens biex kisbu rebħa li poġġiethom fit-tieni post tal-klassifika.