Hibernians u Sirens qasmu il-punti fi dro ta 1 – 1 biex b’hekk il-vantaġġ għal Pawlisti f’ras il-klassifika issa huwa ta’ 6 punti.

Riżultati pożittivi min Floriana u c-Champions Ħamrun Spartans li għandhom 3 u 4 rebħiet konsekuttivi rispettivament qed ikomplu jżidu l-pressjoni fuq it-team ta’ Raħal Ġdid.

Fil-logħba l-oħra Gżira komplew iżidu fil-problemi tal-ġirien tagħhom Sliema Wanderers b’rebħa ta 3 – 1 biex b’hekk is-Sliemiżi jibqgħu ankrati f’qiegħ il-klassifika.