Rapporti fil midja Britannika qed jgħidu li Newcastle United qed jikkunsidraw li jiskattaw il-klawżola ta’ rilaxx ta’ Mario Balotelli.

L-eks player ta’ Manchester City bħalissa jinsab ma’ Adana Demirspor fit-Turkija.

Skont il-president tal-klabb, huwa jinsab fil-mira ta’ dak li qed jisejjah trasferiment xokk għat-team tal-Premier League.

Kif ikkwotat minn Inside Futbol, Murat Sancak qal: “Newcastle kienu qed jikkunsidraw li jiffirmaw lil Balotelli, imma s’issa għadhom ma għamlux offerta uffiċjali. Hemm klawsola ta’ ħruġ fil-kuntratt tiegħu li ma nistax niżvela l-ammont

Sancak ikkonferma wkoll offerta uffiċjali ‘mill-Għarabja Sawdija’ għall-attakkant.