Idea tajba kieku u li forsi tinstema’ impossibbli, iżda mhux għall-kantanta ċelebri Adele. Filfatt, għal kull lejla, grazzi għall-wirja li ser tagħti Adele ġewwa Las Vegas, hija mistennija li titħallas xejn inqas minn £500,000.

Il-qliegħ li ser tagħmel il-kantanta ta’ 33 sena, mhux ħa jkun biss mill-bejgħ tal-biljetti iżda anke mill-affarijiet li jinxtraw minn fejn tagħti l-wirjiet tagħha u dak ifisser li l-ammont ikompli jiżdied.

Il-kantanta b’diversi suċċessi, l-iktar waħda riċenti tkun ‘Easy On Me’, ser ikollha ukoll sigurtà stretta magħha. Dawn il-wirjiet ser isiru bejn il-21 ta’ Jannar u s-16 t’April.