Il-kantanta Amerikana Dolly Parton qed tiċċelebra is-76 sena tagħha.

Parton, meqjusa bħala waħda mil-pilastri fil qasam tal-mużika Country rebħet xejn inqas min 11 il-Grammy Award tul-il-karriera tagħha waqt li kellha 50 nominazzjoni.
Tul karriera ta’ aktar min 40 sena, Dolly Parton jingħad li ikkomponiet aktar min 3000 kanzunetta fosthom il-klassika ‘I Will Always Love You’ u rnexxielha tasal sal-quċċata tal-klassifika tal-Country 25 darba.

Parton b’kollox kellha bejgħ ta aktar min 100 miljun diska tul il-karriera brillanti tagħha.