Hekk kif fl-ahhar jiem, David Nunes Nabarro, il-kelliem għall-WHO dwar il-Covid-19, bassar li r-Renju Unit daqt ikun ħieles mill-Covid, l-użu taċ-ċertifikat tal-vaċċin mhux ser jibqa’ mandatorju ġewwa r-Renju Unit.

Skond il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, dan jista’ jsir grazzi għat-teħid tal-booster, li kien suċċess.

Restrizzjoni oħra li ser tiġi irrilaxxata fir-Renju Unit ser tkun dik ta’ l-użu tal-maskra. Finalment, ser titneħħa ukoll ir-rakkomandazzjoni li wieħed jaħdem mid-dar.