Rapporti fil-midja lokali qed jgħidu li l-Internazzjonali Malti Matthew Guillaumier mistenni jibqa’ ma Ħamrun Spartans.

Aktar kmieni din il-ġimgħa ħarġet l-aħbar li Guillaumier jista’ jħalli ċ-champions lokali biex imur b’self fis-serie B ġewwa l-Italia liema trasferiment kien ser jara lil eks Internazzjonali Franciz Menez jingħaqad ma Ħamrun.

Times of Malta qed tirrapporta li dan it-trasferiment sfaxxa u b’hekk Matthew Guillaumier mistenni jibqa bil-kuluri ħomor u suwed tal-Ħamrun.