Il-kantant Meat Loaf ħalla din id-dinja fl-età ta’ 74 sena.

L-aħbar ġiet ikkonfermata fuq il-paġna ta’ Facebook tal-istilla tar-rock mill-familja tiegħu.

“Qalbna miksura qed inħabbru li llejla miet il-Meat Loaf, hu kien fil-kumpanija ta’ martu Deborah” intqal fil-messaġġ.

“Uliedu Pearl u Amanda flimkien ma xi ħbieb u qrib ilhom miegħu matul l-aħħar 24 siegħa.” Kompliet l-istqarrija.

L-istilla biegħ aktar minn 100 miljun album madwar id-dinja – Bat Out of Hell jibqa’ wieħed mill-aqwa 10 albums ta’ kull żmien.