Numru ta’ artisti Maltin kienu mistiedna ġewwa Dubaj biex jipparteċipaw f’Jum Malta, waqt l-Expo ta’ Dubaj, li hija l-ikbar fiera fid-dinja. Numru ta’ artisti ħadu sehem fosthom Amber, Destiny, Brooke, Glenn, Pamela u spettaklu liema bħalu min Versatile Brass Band.

 

Joe Julian Farrugia u Elton Zarb ħadu ħsieb il-lirika u l-arranġamenti mużikali, kollha riflessjoni ta’ dak li hu Malti. Il-bandiera Maltija kienet dejjem tperper waqt din l-attività b’mod diġitali.

Ritratt: Versatile Brass Facebook