Irlandiż ta’ 29 sena, fis-7 ta’ Jannar li għadda, irrifjuta li jilbes il-maskra waqt titjira bejn Dublin u New York.

Shane McInerney ma waqafx hemm iżda kixef ukoll il-warrani tiegħu lejn l-air hostess. Dan kollhu jista’ jwasslu għal 20 sena priġunerija.

Iż-żagħżugħ se jkun mixli ukoll li offenda lill-air hostess u saħansitra, waddab landa tax-xorb lejn passiġġier u laqtu f’rasu. Bħalissa ingħata il-liberta proviżorja fuq depożitu ta’ $20,000.