Għall-ewwel darba fl-istorja tal-klassifika Ingliża, fl-ewwel post insibu diska oriġinali ta’ Disney, mill-film ‘Encanto’. ‘We Don’t Talk About Bruno’ hija l-ewwel diska ta’ Disney li qatt irnexxilha tagħmel dan minn kemm ilha tinġabar l-informazzjoni tal-klassifika. F’ġimgħa waħda, din id-diska kellha il-fuq minn 6 mijun online streaming, fir-Renju Unit biss.

We Don’t Talk About Bruno’, fuq kitba u kompozizzjoni ta’ Lin Manuel Miranda, tinkludi l-vuċijiet ta’ Rhenzy Feliz, Diane Guerrero, Carolina Gaitan, Mauro Castillo, Adassa u Stephanie Beatriz. Interessanti ukoll li mal-aqwa ħames diski fil-klassifika Ingliża, dil-ġimgħa insibu silta oħra mill-film ‘Encanto’, li hija ‘Surface Pressure’.